Għall-gost tal-palat tiegħek
Minn ikliet ħfief delizzjużi sa dawk gourmet fil-kabina tagħna għall-Klassi Business, l-offerti tagħna matul it-titjira huma magħmula biex jolqtu lil dawk b’gosti u bi preferenzi diversi.
Poġġi, irrilassa, u gawdi t-togħmiet tal-ikliet tagħna maħsuba sew u mirquma, hekk li magħna tiżgura vjaġġ kulinari u delizzjuż.

Il-Klassi Business
Inħossuna tassew kburin meta nippreżentaw offerta esklussiva magħmula apposta għall-klijentela apprezzata tagħna tal-Klassi Business. Imnebbaħ mill-madum għani tal-kultura Maltija, mit-tradizzjonijiet, u mill-pajsaġġi naturali, il-menù tagħna mħejji b’mod speċjali jirrifletti l-essenza ta’ wirtna.

Il-Klassi Economy
Għall-klijenti prezzjużi tagħna, matul it-titjira noffru servizz ta’ catering li jgħaqqad fih varjetà mħallta ta’ għażliet. Minn ikliet ewlenin għal dawk b’offerti, selezzjoni ta’ tnaqqir popolari, firxa wiesgħa ta’ xarbiet sħan u friski, għal għażla ta’ cocktails li jaqtgħulek l-għatx, aħna nfittxu li niżguraw vjaġġ sodisfaċenti u pjaċevoli għall-passiġġieri kollha tagħna.
INFORMAZZJONI IMPORTANTI DWAR L-ALLERĠENI
Il-KM Malta Airlines ma tistax tiggarantixxi ambjent fil-kabina ħieles mill-allerġeni jew li tipprevjeni lil passiġġieri oħra milli jġibu l-ikel tagħhom abbord. Għalhekk, il-parir tagħna lill-passiġġieri li għandhom xi allerġiji, speċjalment dawk għal-lewż, jew għall-ġewż, ġellewż, karawett, fost l-oħrajn, huwa msejjes fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-International Air Transport Association (IATA).
Qabel tivvjaġġa, kellem lit-tabib tiegħek biex tiddiskuti r-riskji involuti u x’tista’ tagħmel biex tnaqqashom. Jekk tiġi preskritt l-injezzjoni tal-epinefrina/adrenalina, li tagħtiha lilek innifsek, bħalma hi l-EpiPen, din għandek iġġorrha miegħek fil-basket tal-kabina sabiex tintuża f’każ ta’ reazzjoni allerġika f’mument ta’ emerġenza. L-istaff tal-KM Malta Airlines jista’, f’xi ħin bejn iċ-check-in u l-ħin li l-ajruplan ikun lest biex jitlaq, jitolbok tikkonferma li tkun qed iġġorr miegħek l-injezzjoni tal-epinefrina/adrenalina. Fl-eventwalità li ma jkollokx l-injezzjoni tal-epinefrina/adrenalina, imbagħad jiġi applikat ir-regolament tal-kumpanija u tirriskja li tiġi rifjutat mill-vjaġġ għas-sigurtà tiegħek innifsek.
Sabiex tiżgura li tingħata assistenza sħiħa, jekk jogħġbok ikkuntattja lid-desk għall-għajnuna medika biex tavża lill-KM Malta Airlines dwar l-allerġiji tiegħek għall-inqas minn 96 siegħa qabel it-tluq billi ssemmi r-referenza tal-buking u l-isem sħiħ tiegħek fuq medical@kmmaltairlines.com.
Għal iktar assistenza, jekk jogħġbok, informa lill-ekwipaġġ mal-imbarkazzjoni, ġaladarba tkun tixtieq li l-KM Malta Airlines tavża b’dan biex titlob lil passiġġieri oħra biex matul it-titjira ma jikkunsmawx il-lewż, ġewż, ġellewż, karawett fost l-oħrajn, jew prodotti magħmulin minnhom. Jekk jogħġbok, kun konxju li l-KM Malta Airlines ma tistax tiggarantixxi li l-passiġġieri l-oħra jikkonformaw mat-tali avviż, u li b’hekk hija r-responsabbiltà tiegħek li ġġorr il-mediċina apposta ħalli tieħu ħsieb il-kundizzjoni tiegħek.