Il-Kundizzjonijiet tan-Nolijiet u l-Klassijiet tal-Kabina

Sir af in-Nolijiet u l-Klassijiet tal-Kabina tagħna.

Eleva t-Titjira Tiegħek

Ibbukkjajt diġà biljett tal-KM Malta Airlines għall-Klassi Economy u tixtieq tgawdi mill-benefiċċji tas-servizzi ta’ matul it-titjira tal-Klassi Business tagħna għat-titjira li jmissek?

Ordna l-Ikel Speċjali

Esplora l-firxa wiesgħa ta’ ikliet speċjali. Biex tibbukkja l-ikel speċjali għalik, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Appoġġ tal-Klijent tagħna fuq +356 2135 6000 jew fuq help.kmmaltairlines.com.

Is-Swali tal-Ajruport

Skopri l-lista tas-swali tal-ajruport tal-imsieħba tagħna fejn inti tista’ tieħu xi ħaġa tajba, taħdem fuq ix-xogħol tiegħek, u tgawdi l-paċi u s-skiet qabel l-imbarkazzjoni.

  • Ikla esklussiva għall-Klassi Business
  • Għażla kumplimentarja ta’ xorb
  • Bil-pultruna tan-nofs battala għal iktar spazju lussuż
  • Prijorità fiċ-check-in u fl-imbarkazzjoni
  • Servizz abbord personalizzat
  • Pultruni komdi tal-ġilda bi spazju ġeneruż

apparti mill-benefiċċji tan-nol imsemmi hawn.

Business Basic
Small Bag (40x34x18cm) (in cabin) check
Hand Luggage (40x55x25cm; 10KG) (in cabin) check
Checked Baggage (in hold) close
Seats FREE Seat Choice
Change Fees €50 + Fare difference
Name Changes close
Refunds close
Child Discount Pay 75% of Adult
Infant Discount Pay 10% of Adult
Priority Boarding check
Airport Lounge close
Fast Track close
Business Value
Small Bag (40x34x18cm) (in cabin) check
Hand Luggage (40x55x25cm; 10KG) (in cabin) check
Checked Baggage (in hold) 20kg
Seats FREE Seat Choice
Change Fees €35 + Fare difference
Name Changes €35 + Fare difference*
Refunds 25% Refundable**
Child Discount Pay 75% of Adult
Infant Discount Pay 10% of Adult
Priority Boarding check
Airport Lounge close
Fast Track close

Business Plus
Small Bag (40x34x18cm) (in cabin) check
Hand Luggage (40x55x25cm; 10kg) (in cabin) check
Checked Baggage (in hold) 1x32kg
Seats FREE Seat Choice
Change Fees €25 + Fare difference
Name Changes €25 + Fare difference*
Refunds 50% Refundable**
Child Discount Pay 75% of Adult
Infant Discount Pay 10% of Adult
Priority Boarding check
Airport Lounge check
Fast Track check
Business Flex
Small Bag (40x34x18cm) (in cabin) check
Hand Luggage (40x55x25cm; 8kg) (in cabin) 2X8kg
Checked Baggage (in hold) 2X32kg
Seats FREE Seat Choice
Change Fees Fare difference
Name Changes Fare difference*
Refunds Fully Refundable**
Child Discount Pay 75% of Adult
Infant Discount Pay 10% of Adult
Priority Boarding check
Airport Lounge check
Fast Track check

*not applicable on other airlines’ flights

**An Admin fee of €10 will be charged. The YR and YRF tax are non-refundable. See further below.

Ikel tal-Klassi Business

Inħossuna tassew kburin meta nippreżentaw offerta esklussiva magħmula apposta għall-klijentela apprezzata tagħna tal-Klassi Business.

Imnebbaħ mill-madum għani tal-kultura Maltija, mit-tradizzjonijiet, u mill-pajsaġġi naturali, il-menù tagħna mħejji b’mod speċjali jirrifletti l-essenza ta’ wirtna.

B’qima lejn il-ħila tas-sengħa Maltija, id-disinn tal-madum li jfakkar fis-seħer ta’ gżiritna jsebbaħ il-mejda, ikkumplimentata bid-dvalji li jirriflettu l-lewn tal-ġebla mrammla naturali ta’ Malta, filwaqt li kull boqqa mill-maggijiet imżejna bil-salib ta’ Malta tfakkar fil-wirt tagħna. Aħna nistednuk tinżel fil-fond tat-tradizzjoni filwaqt li nippreżentawlek it-taħlita ta’ ħall balsamiku u żejt taż-żebbuġa fi skutella li hi replika ċkejkna taż-żinġla ikonika magħmula miċ-ċeramika Maltija, użata tradizzjonalment biex fiha tintgħaġen il-famuża għaġina Maltija.

Biex nelevaw l-esperjenza tal-pranzu tiegħek, ħsibna bir-reqqa li jkun hemm disponibbli għażla ta’ xarbiet kumplimentarji li jvarjaw minn inbid delizzjuż aħmar u abjad magħmul minn għeneb imkabbar lokalment, sa cocktails, xorb mhux alkaħoliku, u meraq tal-frott.

L-Informazzjoni fuq in-Nolijiet tal-Klassi Business

Business Basic
Basket żgħir (40x34x18cm) check
Bagalja tal-idejn (40x55x25cm) 10kg
Bagalja fl-istiva close
Business Value
Basket żgħir (40x34x18cm) check
Bagalja tal-idejn (40x55x25cm) 10kg
Bagalja fl-istiva 20kg
Business Plus
Basket żgħir (40x34x18cm) check
Bagalja tal-idejn (40x55x25cm) 10kg
Bagalja fl-istiva 32kg
Business Flex
Basket żgħir (40x34x18cm) check
Bagalja tal-idejn (40x55x25cm) 2x8kg
Bagalja fl-istiva 2x32kg

INFORMAZZJONI IMPORTANTI

  • Il-miżata li biha ssir bidla hija għal kull persuna kull titjira
  • Ir-rimbursar/bidliet fl-ismijiet isiru biljett biljett
  • Kull bagalja tal-istiva trid tgħaddi miċ-check-in fl-ajruport permezz tad-desk taċ-check-in u titqiegħed fl-istiva.
  • Bagalja tal-istiva li tibqa’ tielgħa miegħek sal-gate tal-imbarkazzjoni twaħħlek miżata, imbagħad titteħidlek mir-rappreżentanti tagħna biex titqiegħed fl-istiva.
  • Il-bidliet fl-ismijiet mhumiex permessi fuq l-itinerarji ma’ linji tal-ajru oħra apparti l-KM Malta Airlines jew titjiriet bil-codeshare
  • Rimbors malajr: Jingħata rimbors sħiħ jekk biljett jiġi kkanċellat fl-ewwel 24 siegħa; dan japplika għall-kategoriji kollha tan-nolijiet mixtrija biss mill-KM Malta Airlines. Miżata amministrattiva ta’ €10 titħallas fuq kull biljett mal-proċess tar-rimbors 
  • Rimbors: Miżata amministrattiva ta’ €10 titħallas fuq kull biljett mal-proċess tar-rimbors. Fil-każ ta’ biljett mhux rimborsabbli, il-miżata amministrattiva tgħodd meta jintalab rimbors fuq it-taxxa.
  • L-€24 (YR tax) hija ħlas barrani mhux rimborsabbli impost mit-trasportatur fuq in-nolijiet tal-kategoriji kollha inklużi l-bukings tal-Klassi Business. Kwalunkwe ħlas barrani impost mit-trasportatur (YR/YQ) huwa meqjus bħala wieħed mhux rimborsabbli. Xi drabi dan il-ħlas isir meta tibbukkja t-titjiriet ma’ trasportaturi oħra
  • Il-Ħlas Barrani għall-Emissjonijiet (fuq ix-xibka kollha operata mill-KM Malta Airlines għajr Katanja): Il-€10 (YRF tax) għal kull segment kull persuna hija ħlas barrani għall-emissjonijiet mhux rimborsabbli fuq il-kategoriji kollha tal-nolijiet inklużi l-bukings tal-Klassi Business
  • Il-Ħlas Barrani għall-Emissjonijiet (Katanja): L-€5 (YRF tax) għal kull segment kull persuna huwa ħlas barrani mhux rimborsabbli fuq il-kategoriji kollha tan-nolijiet
  • Jekk ibbukkjajt direttament magħna, ġentilment mitlub tissottometti t-talbiet tiegħek għar-rimbors minn hawn. Fil-każijiet kollha tat-talbiet għar-rimbors, il-flus jiġu depożitati lura fis-sura oriġinali tal-ħlas. Jekk inti xtrajt il-biljett tiegħek mingħand aġent tal-ivvjaġġar jew terzi, jeħtieġlek tikkuntattja lill-aġent tal-ivvjaġġar tiegħek jew lit-terzi biex tikseb ir-rimbors. Għall-biljetti mixtrija minn linja tal-ajru li mhix il-KM Malta Airlines, jekk jogħġbok ikkuntattja lil-linja tal-ajru kkonċernata
  • Il-prodotti anċillari kollha mixtrija li jinkludu, iżda mhux biss, it-tagħbija żejda, it-tagħmir sportiv, il-postijiet, il-priority, il-fast track, u l-bundles, mhumiex rimborsabbli u mhux trasferibbli
  • Ir-ROĦS tagħna fuq in-nol iġorr miegħu l-kundizzjonijiet bażiċi tan-nol għaż-żewġ klassijiet
  • Jekk jogħġbok innota li l-eliġibbiltà sabiex tieħu flusek lura tiddependi mill-kundizzjonijiet tal-biljett mixtri oriġinarjament. Jekk klijent jaqleb minn biljett li ma jkunx rimborsabbli (eż. Economy Basic) għal biljett rimborsabbli (eż. Economy Flex), il-biljett jibqa’ wieħed mhux rimborsabbli minħabba li t-termini tal-biljett oriġinali jibqgħu jgħoddu

L-iskedar tat-titjira

Sib l-aqwa titjiriet għall-vjaġġ tiegħek.

Issieħeb fil-KM Rewards

Akkwista l-benefiċċji esklussivi u ikseb il-premjijiet kull darba li ttir, u ħafna iktar!