Ibbenefika minn Minjiera ta’ Premjijiet!

 

Irċievi filwaqt li tivvjaġġa bil-KM Rewards, il-programm esklussiv tagħna għal-lealtà msawwar kemm għal dawk li jtiru ta’ spiss jew għall-avventuriera ta’ kultant. Gawdi mill-benefiċċji speċjali fuq kull traġitt, kemm jekk għax-xogħol jew għall-gost.

Il-KM Rewards jippermettulek tikseb u tonfoq l-iSkyBux, tiġbor il-Punti tal-Istatus, u tiftaħ għal opportunitajiet oħra f’livelli ġodda ta’ benefiċċji filwaqt li ssir KM Elite!

Issieħeb illum u ibda ikseb il-premjijiet ma’ kull vjaġġ!

Issieħeb fil-KM Rewards
Irċievi minnufih skont bħala membru, akkwista l-benefiċċji esklussivi u ikseb il-premjijiet kull darba li ttir!
Irreġistra

Nintroduċu l-iSkyBux – il-munita uffiċjali tal-KM Rewards.

Irċievi l-iSkyBux kull darba li ttir mal-KM Malta Airlines – kemm permezz tan-nol bażiku kif ukoll bl-extras li żżid biex ittejjeb il-vjaġġ tiegħek. Iktar kemm tivvjaġġa, iktar tirċievi!

Sarraf l-iSkyBux f’titjiriet u f’extras, u kull traġitt isirlek wieħed iktar sodisfaċenti.

Ibda iġbor illum u tibbenefika minn minjiera ta’ benefiċċji fl-ivvjaġġar mal-KM Rewards!

Itla’ r-Ringieli bil-Punti tal-Istatus!

 

Il-Punti tal-Istatus huma ċ-ċavetta tiegħek biex tasal u tmantni r-Ringieli tal-KM Rewards tiegħek. Iktar kemm tikseb, iktar titla’ fil-għoli - iwassluk eqreb saħansitra għal benefiċċji esklussivi ikbar.

Ibda l-vjaġġ tiegħek bħala "Member" u itla’ r-Ringieli billi tiġbor il-Punti tal-Istatus biex issir KM Elite. Ilħaq il-quċċata tal-KM Elite bħala membru "Pioneer", it-tarġa li fiha hemm vantaġġi prestiġġjużi jistennewk!

Il-Perjodu tal-Ġbir tal-Punti tal-Istatus jibda mill-1 ta’ April sal-31 ta’ Marzu, hekk li jagħtik 12-il xahar biex tikseb biżżejjed Punti tal-Istatus biex tmantni r-Ringiela preżenti tiegħek jew tavvanza għal-livell ta’ wara.

Minn Membru sa Pijunier, kull Ringiela hija qabża fil-vjaġġ tal-lealtà tiegħek, filwaqt li aħna niżguraw li inti tkun premjat f’kull pass!

Il-Punti tal-Istatus u l Moviment tar-Ringieli
Itla’ s-sellum tal-lealtà!
Skopri iktar

Il-KM Rewards fuq il-mobile

Ħu l-kontroll tal-vjaġġ tal-KM Rewards tiegħek permezz ta’ dashboard personalizzata — il-punt ewlieni li minnu tista’ ssegwi l-progress tiegħek. B’mod faċli tiċċekkja n-numru tas-sħubija tiegħek, il-bilanċ tal-iSkyBux, il-Livell tar-Ringiela, u l-Punti tal-Istatus biex b’hekk tkun dejjem aġġornat.

Il-Gwida għal-Lealtà tiegħek mal-KM Malta Airlines 

Trid tikseb il-premjijiet kull darba li ttir? F’din il-gwida li timxi miegħek pass pass, aħna nuruk eżattament x’teħtieġ tagħmel.

 

Għandek xi mistoqsijiet? Għandna t-tweġibiet!
Ittawwal ftit il-Mistoqsijiet Frekwenti tagħna għall-pariri, it-tekniki, u l-appoġġ kollu li teħtieġ biex takkwista kemm tiflaħ mill-esperjenza tal-KM Rewards!
Agħfas hawn

Il-kbir għadu ġej! Għandna aġġornamenti eċitanti ppjanati għas-sena ta’ sħubija 2026-2027, għalhekk ipprepara għal iktar modi ta’ kif tgawdi mill-KM Rewards!