Explore direct flights from Malta to leading destinations across Europe and the Mediterranean.

From historic cities and cultural landmarks to coastal retreats and business centres, KM Malta Airlines connects Malta with a growing network of popular destinations, making your next trip easier, more comfortable, and more convenient.


 

Amsterdam

Skopri Amsterdam, il-kapitali tan-Netherlands, magħrufa għall-kanali sbieħ tagħha, il-mużewijiet ta’ klassi dinjija, u teżori storiċi. Aħna mmorru lejn l-Ajruport ta’ Schiphol (AMS).

Berlin

Belt vibranti u b’ħafna diversità, hija l-post ta’ ħafna kulturi b’residenti li oriġinaw minn iktar minn 150 pajjiż. Aħna mmorru lejn l-Ajruport ta’ Berlin Brandenburg (BER).

Brussell

Il-kapitali tal-Ewropa, tilqa’ mill-qalb lill-vjaġġaturi filwaqt li toffri firxa wiesgħa ta’ esperjenzi. Aħna mmorru lejn l-Ajruport ta’ Brussell (BRU).

Katanja

Il-kapitali tal-provinċja ta’ Katanja tistieden lill-viżitaturi permezz tat-taħlita affaxxinanti tal-istorja, il-kultura, u l-klima sħuna Mediterranja. Aħna mmorru lejn l-Ajruport Fontanarossa f’Katanja (CTA).

Düsseldorf

Belt ewlenija u vibranti, tospita industriji diversi, inklużi l-fieri kummerċjali, ir-reklamar, il-moda, u t-telekomunikazzjoni - magħrufa bħala belt mill-aqwa għall-kwalità tal-ħajja. Aħna mmorru lejn l-Ajruport ta’ Dusseldorf (DUS).

Istanbul

Taħlita affaxxinanti tal-Lvant u l-Punent fejn l-istorja qadima sekli sħaħ tiltaqa’ ma’ belt ewlenija moderna u ta’ suċċess. Estiża bejn żewġ kontinenti, din il-belt vibranti għandha fiha mkejjen impressjonanti, swieq mimlijin ħajja, u wirt kulturali sinjur. Aħna mmorru lejn l-Ajruport IGA ta’ Istanbul (IST).

Londra

Skopri l-faxxinu ta’ Londra, ġojjel dinji mżejjen bi storja għanja, bl-arti, bil-mużewijiet, u b’wirt irjali. Aħna mmorru lejn l-ajruporti ta’ Gatwick (LGW) u Heathrow (LHR) f’Londra.

Lyon

Hija belt ewlenija fi Franza magħrufa bla dubju ta’ xejn għall-gastronomija tagħha, u li tarmonizza perfettament il-wirt qadim Ruman mal-atmosfera vibranti u kontemporanja hekk li jagħmluha destinazzjoni ideali għall-esperti tal-ħajja. Aħna mmorru lejn l-Ajruport ta’ Lyon-Saint Exupéry (LYS).

Madrid

L-istorja arkitettonika ta’ Madrid, minkejja li iqsar minn dik ta’ wħud mill-kapitali Ewropej, tista’ tiftaħar bit-taħlita affaxxinanti ta’ influwenzi li għandha. Aħna mmorru lejn l-Ajruport ta’ Barajas f’Madrid (MAD).

Málaga

Belt vibranti bil-baħar imiss magħha f’Costa del Sol fi Spanja, Málaga hija magħrufa għall-bajjiet imdiehba tagħha, għall-kultura sinjura li għandha, u għall-atmosfera ħajja. Bil-firxa ta’ karatteristiċi storiċi, il-kċina popolari, u l-istil modern tal-ħajja Meditterranja, hija toffri t-taħlita perfetta bejn il-mistrieħ u l-iskoperta. Aħna mmorru lejn l-Ajruport ta’ Málaga-Costa del Sol (AGP).

Malta

Fil-qalba tal-Mediterran, u fil-qlub ta’ ħafna. Malta, Għawdex, u Kemmuna jistennew - mogħnija bl-istorja u l-kultura, dawn il-gżejjer ċkejknin joffru vjaġġ tul is-sekli. Aħna mmorru lejn l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta (MLA).

Milan

Metropoli moderna u vibranti, hija dik li sservi ta’ gwida għall-entużjasti tal-moda, ta’ dawk interessati fil-kultura, u dawk bil-passjoni tal-isports. Aħna mmorru lejn l-Ajruport ta’ Linate f’Milan (LIN).

Munich

It-tielet l-ikbar belt tal-Ġermanja, toffri ferm iktar mill-Oktoberfest u l-festivals tal-birra li tant hi magħrufa għalihom. Aħna mmorru lejn l-Ajruport ta’ Munich (MUC).

Palermo

Il-kapitali ta’ Sqallija għanja fl-istorja, il-kultura, u l-ġmiel Mediterranju. Palermo magħruf għall-arkitettura impressjonanti tiegħu, is-swieq ħajjin, id-diversi xeni kulinari msawra mis-sekli ta’ influwenzi Għarab, Normanni u Taljani. Aħna mmorru lejn l-Ajruport ta’ Falcone-Borsellino (PMO).

Paris

Belt bi status leġġendarju, hija d-destinazzjoni li ma għandha bżonn tal-ebda introduzzjoni. Aħna mmorru lejn l-ajruporti ta’ Charles de Gaulle (CDG) u Orly (ORY) f’Pariġi.

Praga

Belt romantika, li tidwi l-eku letterarju ta’ Milan Kundera u l-kuraġġ tar-Revoluzzjoni tal-Bellus. Aħna mmorru lejn l-Ajruport ta’ Václav Havel fi Praga (PRG).

Ruma

Belt li ssaħħar f’kull żmien, tgħaqqad bla sforz żejjed l-eluf ta’ snin ta’ storja, il-kċina skwiżita, u l-aqwa moda. Aħna mmorru lejn l-Ajruport ta’ Fiumicino f’Ruma (FCO).

Vjenna

Vjenna, belt b’esperjenzi diversi, tidwi bil-mużika, biż-żfin, u bl-istorja. Aħna mmorru lejn l-Ajruport Internazzjonali ta’ Vjenna (VIE).

Zurich

L-ikbar metropoli tal-Iżvizzera u ċ-ċentru dinji tal-finanzi, iżżomm bilanċ perfett bejn il-modernità u s-sofistikazzjoni. Aħna mmorru lejn l-Ajruport ta’ Zurich (ZRH).

Fejn se tivvjaġġa?