Il-Punti tal-Istatus u l-Moviment tal-Livell tar-Ringiela
Il-Punti tal-Istatus jgħinuk tikseb u tmantni s-Sħubija tiegħek tar-Ringieli tal-KM Rewards. Iktar kemm tikseb Punti tal-Istatus, iktar fl-għoli tkun ir-Ringiela tiegħek, saħansitra billi tasal għal benefiċċji ikbar u esklussivi.
Inti tkun qed taqla’ 2.5 Punti tal-Istatus għal kull €1 li tonfoq fuq it-titjiriet tal-KM Malta Airlines u fuq l-anċillarji (it-taxxi u l-ispejjeż esklużi). Dawn il-punti jiġu kkreditati fil-kont tiegħek wara li twettaq it-titjira tiegħek. Ma’ kull Punt tal-Istatus li taqla’, inti tkun pass eqreb biex tgawdi minn iktar premjijiet u privileġġi magħmulin apposta għal-livell tar-Ringiela tiegħek.
Il-Perjodu tal-Ġbir tal-Punti tal-Istatus tiegħek jibda mill-1 ta’ April sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena. Għalhekk għandek 12-il xahar biex tikseb biżżejjed Punti tal-Istatus biex iżżomm ir-Ringiela tiegħek jew titla’ ’l fuq. Fi tmiem dan il-perjodu, il-Punti tal-Istatus tiegħek jerġgħu jibdew minn żero, u jibda wkoll perjodu ġdid ta’ 12-il xahar ta’ kwalifika. Dan ma jeffettwax il-bilanċ tal-iSkyBux tiegħek.
Moviment tar-Ringieli
Il-Kwalifiki għall-Moviment tar-Ringieli
Meta tissieħeb fil-KM Rewards, inti tibda bħala Membru. Meta ttir mal-KM Malta Airlines u tħallas għall-extras tat-titjira, inti tkun qed tikseb il-Punti tal-Istatus, li jgħinuk tipprogressa fir-Ringieli. L-għan aħħari tiegħek? Li tasal fl-istatus ta’ Pijunier, il-punt li fih hemm jistennewk l-ikbar premjijiet u privileġġi esklussivi!
Il-livell tar-Ringiela tiegħek jiddependi min-numru tal-Punti tal-Istatus li takkumula matul kull Perjodu tal-Ġbir tal-Punti tal-Istatus. Filwaqt li l-istatus ta’ Membru huwa wieħed permanenti, ir-Ringieli kollha l-oħra jibqgħu validi sa tmiem il-Perjodu tal-Ġbir attwali kif ukoll sena addizzjonali — sal-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara.