TIVVJAĠĠA LEJN MALTA

Malta hija stat membru tal-UE. Għal informazzjoni dettaljata dwar id-dokumenti meħtieġa biex tidħol fil-Gżejjer Maltin, żur il-paġna tal-Ministeru Malti għall-Affarijiet Barranin, hawn

ĊITTADINI TAL-UE

Jekk qed tivvjaġġa bejn wieħed mis-27 pajjiż tax-Schengen li huma, l-Awstrija, il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Greċja, Spanja (inklużi l-Gżejjer Baleariċi u l-Gżejjer Kanarji), Franza, il-Kroazja, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall (inklużi Madeira u l-Azores), is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja u l-Iżvezja.

Huwa rakkomandat li inti xorta ġġorr miegħek il-passaport jew il-karta tal-identità nazzjonali minħabba li taf tintalab tippreżentahom għall-kontroll tal-identifikazzjoni jew is-sigurtà.

Jekk qed tivvjaġġa lejn pajjiżi ’l barra mix-Schengen inti jeħtieġlek tippreżenta passaport validu jew il-karta tal-identità fil-mumenti tat-tluq u tad-dħul.

Jekk dieħel jew ħiereġ mill-UE tkun teħtieġ tippreżenta passaport validu jew il-karta tal-identità.

Iktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni tal-UE, hawn.

ĊITTADINI MHUX TAL-UE

Ikun jeħtieġlek turi passaport validu fiċ-check-in, f’postijiet tas-sigurtà, qabel timbarka titjira u mal-wasla fid-destinazzjoni tiegħek.

Ir-rekwiżiti tal-visa biex tidħol f’pajjiż ivarjaw skont in-nazzjonalità tiegħek u d-destinazzjoni. Pereżempju, ir-Renju Unit u l-Irlanda għandhom regoli kemxejn differenti fuq il-visa minn pajjiżi oħra tal-UE. 

Inti tista’ tapplika għall-visa mill-konsolat jew mill-ambaxxata tal-pajjiż li tkun se żżur. Barra minn hekk, jekk għandek il-permess ta’ residenza minn pajjiż tax-Schengen, dan jitqies ekwivalenti għad-dokument tal-visa fi ħdan iż-żona Schengen. Madankollu, biex iżżur pajjiżi ’l barra mix-Schengen, jaf tkun teħtieġ visa maħruġa minn dak il-pajjiż.

Iċ-ċittadini ta’ ċerti pajjiżi, bħall-Istati Uniti u l-Ġappun, ma jeħtiġux visa biex iżuru l-UE għal tliet xhur jew inqas. Hemm b’kollox 42 pajjiż li jibbenefika minn dawn ir-regoli. Tista’ tara l-lista sħiħa hawn.

Aqra iktar dwar ir-rekwiżiti tal-visa għaċ-ċittadini ’l barra mill-UE, hawn.

Biex jivvjaġġaw, it-tfal jeħtieġ ikollhom il-passaport jew il-karta tal-identità f’isimhom.

TIVVJAĠĠA LEJN IR-RENJU UNIT

Jekk għandek visa tar-Renju Unit (RU) u tuża l-permess bijometriku tar-residenza (BRP) jew il-karta (BRC) biex tapprova l-istatus tal-immigrazzjoni tiegħek, aċċessa l-visa elettronika (eVisa) tiegħek fuq GOV.UK qabel tivvjaġġa. Jekk diġà għandek l-eVisa, kun żgur li d-dokument tal-ivvjaġġar tiegħek huwa rreġistrat fil-kont tiegħek.

Jekk ma teħtieġx visa biex iżżur ir-RU għal btajjel qosra sa massimu ta’ sitt xhur, inti tkun teħtieġ l-Awtorizzazzjoni Elettronika tal-Ivvjaġġar (Electronic Travel Authorisation - ETA).

  • Il-viżitaturi ċittadi mhux Ewropej kollha eliġibbli jkunu jeħtieġu l-Awtorizzazzjoni Elettronika tal-Ivvjaġġar (ETA) biex jivvjaġġaw lejn jew jagħmlu tranżitu mir-RU
  • L-iskema ETA se titwessa’ għall-Ewropej, liġibbli li jkunu jeħtieġu l-ETA biex jivvjaġġaw lejn jew jagħmlu tranżitu mir-Renju Unit mit-2 ta’ April 2025.

Il-viżitaturi eliġibbli għandhom japplikaw għall-ETA tagħhom permezz tal-app tal-ETA tar-RU, li biha tħaffef u hija sempliċi biex tużaha u tippermetti lill-ħafna mill-applikanti biex jirċievu d-deċiżjoni fi ftit sigħat. Għal iktar informazzjoni ara: Applika għall-Awtorizzazzjoni Elettronika tal-Ivvjaġġar (ETA).

TIVVJAĠĠA LEJN ISTANBUL

  • Iċ-ċittadini tal-UE: Ħafna miċ-ċittadini Ewropej jistgħu jidħlu fit-Turkija mingħajr visa għal btajjel qosra għal skopijiet ta’ turiżmu. Jekk jogħġbok iċċekkja s-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin għal-lista taċ-ċittadini eliġibbli u għal kemm tkun tista’ ddum.
  • Iċ-ċittadini mhux Ewropej: Il-vjaġġaturi mill-pajjiżi tat-tielet dinja jafu jkunu jeħtieġu l-eVisa jew tip differenti ta’ visa, jiddependi min-nazzjonalità tagħhom u l-għan tal-ivvjaġġar. Għal informazzjoni dettaljata u l-proċeduri tal-applikazzjoni, żur is-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin.

Aqra iktar dwar ir-rekwiżiti tal-visa biex tivvjaġġa lejn Istanbul hawn.