Merħba abbord vjaġġ eċitanti għall-karriera.
Li tissieħeb mat-tim tagħna jfisser li tkun qed timbarka vjaġġ ta’ passjoni, eċċellenza, u impenn biex twassal servizz eċċezzjonali bħala l-linja nazzjonali tal-ajru ta’ Malta. Kemm jekk tkun qed tidderieġi l-kabina tal-piloti, kif ukoll jekk mill-art tiżgura li jkun hemm operat trankwill, jew toħloq esperjenzi indimentikabbli għall-passiġġieri tagħna, kull ir-rwol għandu sehem ħaj fil-missjoni tagħna li tgħaqqad lill-Gżejjer Maltin mal-Ewropa u lil hinn.
Esplora l-postijiet vakanti tagħna hawn taħt.
Sales Executive
Senior Executive Procurement and Logistics
AMOS System Engineer
Il-Gżejjer Maltin
Malta, iċ-ċentru dinamiku tal-linja nazzjonali tal-ajru u destinazzjoni vibranti għall-attività tal-avjazzjoni.
Misjuba fil-qalba tal-Mediterran, Malta toffri ambjent uniku li fih ix-xogħol jiltaqa’ mad-divertiment f’kuntrast mal-isfond tal-istorja għanja u l-ġmiel naturali.
JLi tissieħeb mat-tim tagħna jfisser li ssir parti minn komunità ta’ professjonisti dedikati u impenjati biex iwasslu l-eċċellenza fis-servizzi tal-avjazzjoni.
L-Uffiċċju Ewlieni tagħna
Tefgħa ta’ ġebla bogħod mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, l-Uffiċċju Ewlieni tagħna jinsab fiċ-Ċentru tan-Negozju, Skyparks.
Fl-Uffiċċju Ewlieni, it-tim dedikat tagħna jikkollabora biex jiżgura operat trankwill, mill-ippjanar tan-network u l-operat, sas-servizzi kummerċjali, il-finanzi, is-sigurtà u l-konformità, u ħafna iktar.
B’kultura ta’ tkabbir u eċċellezza fl-avjazzjoni, il-KM Malta Airlines hija l-punt tat-tluq għall-karriera tiegħek fl-avjazzjoni.
Il-KM Malta Airlines impenjata toffri opportunitajiet indaqs u ma tiddiskriminax abbażi tar-razza, il-lewn, il-ġeneru jew l-identità tal-ġeneru, it-twemmin reliġjuż, l-età, l-oriġini tan-nazzjon, l-istat ċivili, id-diżabbiltà, l-orjentazzjoni sesswali, jew kwalunkwe stat ieħor imħares bil-liġi. Aħna nżommu dan l-impenn fl-aspetti kollha tal-impjieg, inkluż fir-reklutaġġ, fil-promozzjonijiet, fil-kumpens, fil-benefiċċji, fit-taħriġ, u fid-dixxiplina, fi qbil mar-regolamenti li japplikaw.