IL-KUNDIZZJONIJIET TAL-KUNTRATT U AVVIŻI OĦRA IMPORTANTI

Il-kundizzjonijiet tal-kuntratt jiddeskrivu t-termini u l-obbligazzjonijiet bejn il-partijiet, u jkopru aspetti bħall-iskedar tat-titjiriet, il-biljetti, ir-regolamenti fuq it-tagħbija, u d-drittijiet tal-passiġġieri.

AVVIŻ TA’ TĦASSIR

Aħna nirrikonoxxu li t-tħassir tat-titjiriet huma fost l-iktar esperjenzi negattivi għall-passiġġieri. Dan l-avviż iservi biex jinforma lill-passiġġieri dwar l-Applikabbiltà u r-Regoli għall-Kumpens u l-Assistenza.

AVVIŻ TA’ DEWMIEN

Id-dewmien fit-titjiriet jafu jkunu inevitabbli u nirrikonoxxu li dan iħalli impatt fuq il-pjanijiet tal-ivvjaġġar għall-passiġġieri tagħna. Dan l-avviż iservi biex jinforma lill-passiġġieri dwar l-Applikabbiltà u r-Regoli għall-Kumpens u l-Assistenza.

IL-POLITIKA FUQ IL-COPYRIGHT, IL-PRIVATEZZA, U L-COOKIES

Il-politika fuq il-Copyright, il-Privatezza u l-Cookies tiddeskrivi informazzjoni importanti fuq is-sit elettroniku tal-KM Malta Airlines. Id-dettalji tal-copyright jindirizzaw il-kwistjoni ta’ min hu l-kontenut. It-termini tal-privatezza jispeċifikaw kif tinġabar id-data tal-utent, kif tkun użata, u mħarsa. Il-Politika fuq il-Cookies tispjega l-użu tal-cookies għal esperjenza aħjar tal-utent u l-metodi analitiċi, billi tiżgura t-trasparenza u l-konformità mar-regolamenti tal-privatezza.

IT-TERMINI TAS-SIT FUQ L-UŻU U D-DIKJARAZZJONI TAĊ-ĊAĦDA

It-Termini tagħna fuq l-Użu tas-Sit u d-Dikjarazzjoni taċ-Ċaħda jservu bħala qafas legali li jiddeskrivu r-regoli u l-kundizzjonijiet li jmexxu l-użu tas-sit elettroniku tagħna. Ikopru aspetti bħad-drittijiet u r-responsabbiltajiet tal-utent, il-pussess u l-copyright tal-kontenut, u jiċċaraw x’inhu aċċettabbli u x’mhux aċċettabbli meta wieħed juża s-sit.

IL-KUNDIZZJONIJIET ĠENERALI TAL-ĠARR

Aħna nħeġġu lill-passiġġieri jirrevedu u jikkonformaw ma’ dawn il-linji gwida għal esperjenza sigura u trankwilla tul il-vjaġġ. Dawn l-avviżi jservu biex jinformaw lill-passiġġieri dwar id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet tagħhom relatati mal-ivvjaġġar bl-ajru. Huma jkopru r-responsabbiltà għall-korrimenti jew il-ħsarat, kif ukoll bħala linji gwida speċifiċi meta xi ħadd ikun rifjutat milli jitla’ fuq l-ajruplan, l-immaniġġjar tat-tagħbija, il-proċeduri taċ-check-in u t-trasport tal-oġġetti perikolużi.

Għal iktar informazzjoni ara wkoll: https://www.iatatravelcentre.com/tickets.htm

Titjiriet Mitlufa, Ittardjati, u Mħassra

Check-In u Imbarkazzjoni

It-Termini u l-Kundizzjonijiet fuq il-KM Rewards

It-Termini u l-Kundizzjonijiet fuq il-Vawċers bħala Rigal