ID-DRITTIJIET TIEGĦEK BĦALA PASSIĠĠIER

Jekk il-pjanijiet tal-vjaġġ tiegħek jinbidlu, aħna hawn biex nipprovu l-appoġġ neċessarju.


 

Jekk titlef it-titjira tiegħek

Ħassar jew Ibdel il-Buking

Titjiriet Imħassra jew Overbooked

Dewmien jew Tibdil fit-Titjiriet


Jekk titlef it-titjira tiegħek…

Aħna nifhmu li xi drabi xi ċirkustanzi barranin jafu jġegħluk tasal tard għat-titjira bbukkjata tiegħek. Jekk dan iseħħ inti titqies assenti (no-show) u b’hekk tiċċaħħad minn kull kumpens.  Inti għandek tiċċekkja dejjem il-ħinijiet tal-għeluq taċ-check-in biex ma tiddiżappuntax ruħek. Wara li l-gate taċ-check-in tkun ingħalqet inti ma titħalliex tagħmel iċ-check-in tiegħek.

Jekk titlef titjira konnessa…

Jekk titjira li tkun ittardjat twasslek biex titlef it-titjira konnessa ma’ linja tal-ajru oħra, inti għandek tkun provdut b’rotta alternattiva lejn id-destinazzjoni finali tiegħek. Madankollu, jekk l-itinerarju jkun fuq biljetti separati, aħna nkunu responsabbli biss għall-vjaġġ tiegħek sad-destinazzjoni mniżżla fuq il-biljett tiegħek.


Jekk trid tħassar jew tibdel il-buking tiegħek…

Jekk il-pjanijiet tal-vjaġġ tiegħek inbidlu, il-buking tiegħek ikun jista’ jitħassar jew inkella tkun tista’ tibdel id-dati tat-titjira tiegħek għal xi ġurnata oħra (jiddependi mid-disponibbiltà tat-titjiriet) sa ġurnata waħda (1) qabel it-tluq billi żżur l-Uffiċċju għall-Bejgħ tagħna fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, jew billi tikkuntattja liċ-Ċentru għall-Appoġġ tal-Klijent. Hawnhekk japplikaw it-termini dwar il-miżata kawża tal-bidla kif ukoll dawk dwar ir-rimbors skont in-nol tiegħek. ekk jogħġbok, sib iktar informazzjoni hawn taħt.

Ftakar, sakemm ma tkunx ibbukkjajt it-titjira tar-ritorn b’mod separat, din titqies bħala parti mill-istess traġitt. Kun żgur li tuża t-titjira tiegħek, dik li biha tkun se titlaq l-ewwel darba, jew inkella avżana minn qabel jekk tkun teħtieġ ukoll li tħassar jew tibdel il-buking għat-titjira tar-ritorn.

Il-Miżati fuq il-Bidliet u r-Rimbors għal kull nol

Economy Basic
Il-Miżati fuq il-Bidliet €50 + id-differenza fin-nol
Rimbors close
Economy Plus
Il-Miżati fuq il-Bidliet €35 + id-differenza fin-nol
Rimbors 50% Rimborsabbli
Business Basic
Il-Miżati fuq il-Bidliet €35 + id-differenza fin-nol
Rimbors close
Business Plus
Il-Miżati fuq il-Bidliet €25 + id-differenza fin-nol
Rimbors 50% Rimborsabbli
Economy Value
Il-Miżati fuq il-Bidliet €50 + id-differenza fin-nol
Rimbors close
Economy Flex
Il-Miżati fuq il-Bidliet Fare difference only
Rimbors Rimborsabbli Għalkollox
Business Value
Il-Miżati fuq il-Bidliet €35 + id-differenza fin-nol
Rimbors 25% Rimborsabbli
Business Flex
Il-Miżati fuq il-Bidliet Id-differenza fin-nol biss
Rimbors Rimborsabbli Għalkollox

Jekk jogħġbok sib il-kundizzjonijiet sħaħ tagħna fuq in-nol hawn.

Aħna nfittxu li niżguraw li inti tasal fid-destinazzjoni tiegħek b’mod responsabbli u fil-ħin. Madankollu, xorta waħda jaf ikun hemm tfixkil fit-traffiku tal-ajru, li jwassal biex potenzjalment ikun hemm bidliet fil-gates tat-tluq, titjiriet li jittardjaw, jew saħansitra t-tħassir tagħhom. Inti għandek id-drittijiet skont ir-Regolament (KE) Nru 261/2004, filwaqt li l-linja tal-ajru li tkun qed topera dik it-titjira li tkun ġiet imfixkla hija responsabbli li żżomm dawn it-titjiriet. 

Jekk it-titjira tiegħek tkun tħassret jew ġiet overbooked…

TITJIRA MĦASSRA

F’każ rari li titħassar titjira li ma għandekx kontroll fuqha, inti tiġi offrut l-assistenza li ġejja:

  • rotta oħra lejn id-destinazzjoni finali tiegħek mal-ewwel opportunità;
     
  • rotta oħra lejn id-destinazzjoni finali tiegħek iktar tard, suġġetta għad-disponibbiltà tal-postijiet abbord;
  • rimbors tal-ispejjeż kollha tal-biljett tiegħek bil-prezz li bih ikun inxtara, għal dik il-parti jew partijiet tal-vjaġġ li ma jkunux saru, u għal dik il-parti jew partijiet li jkunu diġà saru ġaladarba t-titjira ma tibqax tgħodd għall-għan tal-pjan oriġinali tal-vjaġġ tiegħek, flimkien ma’, meta jkun relevanti, titjira ta’ ritorn lejn l-ewwel punt tat-tluq, mal-ewwel opportunità.

Sib iktar informazzjoni hawn dwar l-avviż tagħna fuq meta titħassar titjira biex tara jekk intix intitolat għal kumpens.

TITJIRA OVERBOOKED

F’każ rari li t-titjira tkun overbooked, li minħabba f’hekk u kontra x-xewqa tiegħek inti ma titħalliex timbarka t-titjira li tkun ibbukkjajt, aħna nipprovdulek dawn l-għażliet ta’ hawn taħt:

  • rotta oħra lejn id-destinazzjoni finali tiegħek mal-ewwel opportunità;
  • rotta oħra lejn id-destinazzjoni finali tiegħek iktar tard, suġġetta għad-disponibbiltà tal-postijiet abbord;
  • rimbors tal-ispejjeż kollha tal-biljett tiegħek bil-prezz li bih ikun inxtara, għal dik il-parti jew partijiet tal-vjaġġ li ma jkunux saru, u għal dik il-parti jew partijiet li jkunu diġà saru ġaladarba t-titjira ma tibqax tgħodd għall-għan tal-pjan oriġinali tal-vjaġġ tiegħek, flimkien ma’, meta jkun relevanti, titjira ta’ ritorn lejn l-ewwel punt tat-tluq, mal-ewwel opportunità.

L-istaff li jieħu ħsieb l-immaniġġjar tal-passiġġieri mill-ajruport ikun lest li jipprovdilek l-assistenza. Għal iktar informazzjoni fuq l-overbookings jekk jogħġbok aqra hawn l-avviż tagħna dwar il-kumpens meta ma titħalliex timbarka.


Jekk it-titjira tiegħek ittardjat jew inbidlet…

Bħal kull linja oħra tal-ajru, xi wħud mit-titjiriet tagħna jafu jġarrbu problemi tekniċi jew diffikultajiet oħra li jwasslu għal dewmien fit-tluq jew bidliet fir-rotot. Jekk iseħħu t-tali ċirkustanzi, aħna navżawk u noffrulek soluzzjoni alternattiva. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż dwar id-dewmien biex tkun taf bl-appoġġ u r-rimbors disponibbli għalik, hawn.

Titjira mħassra, dewmien, jew ma tħallejtx titla’ abbord?
Agħmel it-talba tiegħek
Agħfas hawn