Tagħżel il-post ideali tiegħek

Tippreferi iktar it-tieqa jew iktar il-kuritur?

Irriserva l-post preferut tiegħek sa 24 siegħa qabel it-titjira, u ggarantixxi post ħdejn familtek jew ħbiebek.

Erfa’ l-post preferut tiegħek għal prezz li jibda minn €6 biss billi tixtrih online mis-sit elettroniku tagħna jew mill-app, permezz tal-buttuna, Immaniġġja l-Buking tiegħi, billi tikkuntattjana permezz taċ-Ċentru tagħna għall-Appoġġ tal-Klijent, jew billi żżur l-Uffiċċju tagħna għall-Bejgħ fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Tella’ iktar biex issir taf iktar dwar il-miżati fuq l-għażla tal-post.

Immaniġġja l-Buking

Iċ-Ċentru għall-Appoġġ tal-Klijent

 

 

Dawk bil-biljett tal-Klassi Business igawdu mill-għażla tal-post tagħhom b’xejn.

*Għal dawk bil-biljett tal-Business Basic iħallsu €10 tal-post meta jagħżlu mill-postijiet Premium tagħna fl-1 filliera.

Aqleb għall-Business

Gawdi mill-benefiċċji tal-Klassi Business bl-għażla tagħna tal-Bid to Upgrade, u jkollok iktar lok ta’ tagħbija, ikla esklussiva matul it-titjira, l-għażla tal-post tiegħek b’xejn u iktar.

L-Ikla fil-Klassi Business

Imnebbah mid-disinji rikki tal-kultura, it-tradizzjoni, u l-veduti tal-pajsaġġi Maltin, il-menù tagħna maħluq b’mod speċjali jirrifletti l-qofol ta’ wirtna.

 

Għal dawk bil-biljett tal-Economy, ħriġna b’dawn il-miżati għall-postijiet li ġejjin għal meta żżommu l-post tagħkom xħin tiġu biex tibbukkjaw.

 

IL-POSTIJIET TAL-ECONOMY minbarra Catania


 

Seat Type Basic/Value/Plus
*L-1 Filliera Premium €14
Regolari €6
Emerġenza (b’iktar spazju għar-riġlejn) €12
Seat Type Flex
*L-1 Filliera Premium €14
Regolari FREE
Emerġenza (b’iktar spazju għar-riġlejn) €12

 

IL-POSTIJIET TAL-ECONOMY - Catania


 

Seat Type Basic/Value/Plus
*L-1 Filliera Premium €10
Regolari €4
Emerġenza (b’iktar spazju għar-riġlejn) €8
Seat Type Flex
*L-1 Filliera Premium €10
Regolari FREE
Emerġenza (b’iktar spazju għar-riġlejn) €8

*Għal dawk bil-biljett tal-Economy, l-1 Filliera tkun disponibbli biss meta t-titjira topera kollha bħala Economy.

INFORMAZZJONI IMPORTANTI

Int u tħejji għat-titjira tiegħek, hawn għandek xi ftit dettalji essenzjali xi żżomm f’moħħok:

  • Is-sikurezza tiegħek hija l-prijorità tagħna, u b’hekk jaf ikun meħtieġ nagħtuk post differenti biex insegwu l-proċeduri internazzjonali tas-sikurezza abbord
  • L-allokazzjoni finali biex ikollok post fil-filliera tal-emerġenza tkun tista’ ssir biss matul iċ-check-in biex niżguraw li l-passiġġieri kollha jkunu skont ir-rekwiżiti tas-sikurezza u dawk operattivi
  • Minħabba r-regolamenti internazzjonali dwar is-sikurezza, il-passiġġieri li ġejjin mhumiex eliġibbli biex jieħdu post fil-filliera tal-emerġenza jew fil-postijiet 1C u 1D:
    • Trabi, nisa tqal, minuri mhux akkumpanjati, persuni b’nuqqas ta’ mobbiltà, neqsin mid-dawl u mis-smigħ, persuni b’diffikultà biex jifhmu, dawk li ma jistgħux joħorġu mill-bieb tal-emerġenza jekk mhux bl-għajnuna, tfal taħt it-12-il sena, u passiġġieri li jeħtiġilhom itawlu ċ-ċinturin.

Esplora l-livelli differenti tal-ivvjaġġar tagħna u skopri l-benefiċċji varji assoċjati mal-offerti tagħna. Ħerqanin biex nilqgħuk abbord!

Ara l-kundizzjonijiet kollha tan-nolijiet
Skopri Iktar